Premjijiet
- L-Ewwel Premju: €3,000
- It-Tieni Premju: €2,000
- It-Tielet Premju: €1,000
- Il-favorit tal-pubbliku: €1,000
Jingħataw premjijiet għall-aktar ritratti li jispikkaw fil-valur artistiku u għall-aktar ritratti li jħaddnu s-suġġett tal-kompetizzjoni.
Il-kompetizzjoni tikkonsisti f'żewġ partijiet ta' evalwazzjoni għall-ewwel tliet premjijiet. Fl-ewwel parti, kull membru tal-ġurija fotografika esperta se jagħżel għaxar ritratti mis-sottomissjonijiet kollha eliġibbli, skont dawn il-kriterji tal-għażla: Kreattività 50%; Kwalità fotografika 50%. Imbagħad is-sottomissjonjiet magħżula fl-ewwel parti jgħaddu għat-tieni parti. Fit-tieni parti, il-membri tal-ġurija jagħżlu flimkien l-ewwel, it-tieni u t-tielet rebbieħ/a skont il-kriterji tal-għażla.
Barra minn hekk, il-pubbliku se jkun jista' jivvota għall-aktar ritratt favorit tiegħu b'sistema ta' votazzjoni bl-internet. Wara d-data tal-għeluq tas-sottomissjonijiet, fis-sit se ntellgħu ġabra tal-aħjar ritratti magħżula minn qabel mill-ġurija u mbagħad inti tkun tista' tivvota għar-ritratt tiegħek.
Ir-rebbieħa jintgħażlu f'Settembru 2009 u jiġu mgħarrfa sa Ottubru 2009. Id-deċiżjonijiet tal-membri tal-ġurija huma finali u jorbtu.