Avviż Legali

Il-Kontenut tas-Sit

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-fornituri tal-informazzjoni jagħmlu ħilithom biex jippreżentaw dejjem informazzjoni ta' kwalità. Madankollu, l-EU-OSHA mhix responsabbli għall-validità, għall-eżattezza, għall-kompletezza jew għall-kwalità tal-informazzjoni pprovduta. Talbiet għal responsabbiltà kontra l-EU-OSHA dwar danni ta' natura materjali jew ideazzjonali, li huma kkawżati mill-użu jew min-nuqqas ta' użu tal-informazzjoni pprovduta jew inkella bl-użu ta' informazzjoni żbaljata jew inkompleta, huma esklużi bi prinċipju, kemm-il darba ma jkunx hemm xi nuqqas intenzjonat jew negliġenti ħafna min-naħa tal-EU-OSHA li jista' jiġi ppruvat. L-offerti kollha huma suġġetti għall-konferma u ma jorbtux. L-EU-OSHA tirriserva b'mod espliċitu d-dritt li tibdel, iżżid, tħassar jew twaqqaf temporanjament jew b'mod permanenti l-pubblikazzjoni ta' partijiet mill-paġni jew tas-sit kollu, mingħajr avviż minn qabel.

Ir-Referenzi u l-Ħoloq għal siti oħra

Jekk isiru referenzi diretti jew indiretti (ħoloq) għal siti elettroniċi oħra li huma barra mir-responsabbiltà tal-awtur, dan tal-aħħar hu biss responsabbli safejn hu jkun jaf bil-kontenut u safejn ikun jista' teknikament ma jħallix li jsir użu minn kontenut illegali. Il-fornitur tal-istess paġni hu responsabbli biss għal kwalunkwe kontenut li jmur lil hinn mill-għarfien tal-awtur u b'mod partikolari għal danni kkawżati bl-użu jew bin-nuqqas ta' użu tal-informazzjoni pprovduta; il-persuna li sempliċiment tirreferi għall-pubblikazzjoni rispettiva permezz ta' ħolqa mhix responsabbli b'dan il-mod. Din l-istqarrija tapplika ugwalment għall-entrati li jsiru minn terzi persuni fil-kotba tal-viżitaturi, f'forums ta' diskussjoni u f'listi tal-posta pprovduti mill-EU-OSHA.

L-Avviż tad-Drittijiet tal-Awtur

Id-drittijiet tal-awtur u tal-użu tat-test, tal-grafika, tal-istampi, tad-disinn u tal-kodiċi tas-sors huma fil-pussess tal-EU-OSHA. Il-ħolqien, l-użu u l-iskambju mhux kummerċjali ta' kopji f'forma elettronika jew stampata huma permessi safejn il-kontenut jibqa' mhux mimsus, is-sors ikun speċifikat (www.osha-photocompetition.eu) u ma jintlaqtu l-ebda drittijiet ta' terzi persuni.

L-Effikaċja fil-Liġi ta' din l-Esklużjoni ta' Responsabbiltà

Din iċ-ċaħda għandha tkun ittrattata bħala parti mis-sit elettroniku li għalih qed tirreferi. Jekk partijiet jew frażijiet partikolari ma jikkorrispondu xejn, ma baqgħux jikkorrispondu, jew ma jikkorrispondux kompletament mal-leġiżlazzjoni attwali, it-taqsimiet li jifdal ta' dan id-dokument jibqgħu mhux mimsusa f'termini tal-kontenut u tal-validità tagħhom.

L-Użu tal-Informazzjoni

Aħna nużaw l-informazzjoni li niġbru biex nipprovdu s-servizzi li titlobna. Is-servizzi tagħna jistgħu jinkludu l-wiri ta' kontenut personalizzat u reklamar. Aħna ma naqsmux l-email tiegħek ma' organizzazzjonijiet oħra biex jibagħtulek offerti marbuta mal-prodotti u s-servizzi tagħhom, dment li inti ma tippermettilniex li nagħmlu dan.

Kif tikkuntattjana

Mistoqijiet dwar din l-istqarrija jew dwar il-politika ta' privatezza tal-EU-OSHA jistgħu jintbagħtu lill-EU-OSHA stess.