Ġurija
Intgħażlet ġurija internazzjonali bi kwalitajiet differenti u ta' esperjenza bl-għan li tipprovdi analiżi eċċellenti tas-sottomissjonijiet tal-kompetizzjoni fotografika kif ukoll kwalità artistika għolja.
![]() |
Mertxe Alarcón twieldet f'Barċellona. Hi fotografa ta' esperjenza. Flimkien ma' fotografi Spanjoli oħra ppubblikat ktieb fuq il-fotografija jismu “Cazadores de luz”, tan-National Geographic. |
![]() |
Clemente Bernad twieled f'Pamplona fl-1963. Studja l-fotografija, il-vidjow u ċ-ċinema fl-Università ta' Barċellona, minn fejn iggradwa. L-ewwel proġett tiegħu kien iffokat fuq il-ħaddiema ta' Jum Andalusija u x-xogħol tiegħu kellu temi soċjali qawwija li qatt ma kienu ġew ittrattati qabel. Ħadem fuq proġetti interessanti bħal Vision Mediterranean, Malaga Body and Shadow u Women Without Land li għalih irċieva l-Premju FotoPres fid-Drittijiet Umani. |
![]() |
Miguel Ángel Gaüeca twieled f'Bilbao, fi Spanja, fl-1967. Iggradwa mill-Universidad del País Vasco u ħa sehem f'għadd ta' wirjiet, ewlenija fosthom it-"Transexual Express” f'BILBAO Arte u fl-edizzjonijiet tagħha f'Barċellona u f'Budapest. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu fil-ġabriet tal-Museo Nacional de Arte Reina Sofia, fl-ARTIUM f'Vitoria u fl-Instituto de la Juventud de Madrid. |
![]() |
Ambroise Tézenas Imwieled f'Pariġi fl-1972, Ambroise Tézenas studja fl-Applied Arts School ta' Vevey fl-Iżvizzera qabel mar Londra fejn kiteb għal għadd ta' magazins. Fl-2000, reġa' lura f'Pariġi u kompla jikteb għall-magazins u jieħu sehem f'kampanji ta' reklamar. Dan l-aħħar kien involut fi proġett personali dwar il-pajsaġġi, li għadu għaddej, u li jinkludi l-pajsaġġ li dejjem jinbidel ta' Beijing. |
![]() |
Peter Rimmer twieled fir-Renju Unit u hu kittieb għal rasu, editur u konsulent fil-komunikazzjoni. Ħadem għal 16-il sena sħaħ bħala Direttur tal-Informazzjoni mal-UK Health and Safety Executive (HSE), sa tmiem l-2003. Hu wkoll il-president tal-ġurija tal-festival tal-films internazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà fix-xogħol fil-Kungress Mondjali tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. |




