Intgħażlu r-rebbieħa!
Nixtiequ nirringrazzjaw ’il dawk il-ħafna dilettanti tal-fotografija minn madwar l-Ewropa li bagħtulna r-ritratti tagħhom.
Il-ġurija (li ltaqgħet f’Bilbao) kellha biċċa xogħol iebsa biex tagħżel l-aħjar ritratti. Il-fotografu Malti Christopher Azzopardi ngħata l-Ewwel Premju għar-ritratt tiegħu intitolat, “Dak li jrabbi n-naħal” fis-Samit Ewropew dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju u l-SMEs f’Bilbao, l-attività ta’ għeluq il-Kampanja għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.
“It-trobbija tan-naħal mhux xi suġġett li wieħed jiġieh f’moħħu meta jissemmew is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Biss dan is-suġġett fih l-elementi kollha relatati: il-periklu (in-naħal), ir-riskju (attakk min-naħal jew it-tingiż innifsu), il-mod li bih jiġi ikkontrollat ir-riskju (il minfaħ tad-duħħan), u l-protezzjoni fiżika (l-ilbies protettiv). Il-ġurija qablet li dan kien ritratt oriġinali b’element kreattiv, meħud b’reqqa u ħila.” Peter Rimmer (Membru tal-Ġurija)
It-tieni u t-tielet premju ngħataw lil Eric Despujols minn Franza (“Welder”) u lil Rodrigo Cabrita mill-Portugall (“Ħajja iebsa u kkumplikata”). Barra minn hekk, iddeċidejna li nagħtu “Rikonoxximent speċjali” lil Katja Wittig mill-Ġermanja.
B’dispjaċir inħabbru li din is-sena l-premju għall-Ġħażla tal-Pubbliku mhux se jingħata. Minħabba li kien hemm diversi voti suspettużi ma stajniex naslu biex niddikjaraw min kien verament ir-rebbieħ. Niskużaw ruħna ma’ dawk kollha li ħadu sehem u vvutaw għar-ritratt favorit tagħhom. Nirringrazzjawkom talli żortu s-sit tagħna biex tagħżlu l-aqwa ritratt. Nittamaw li għoġobkom l-ammont sabiħ ta’ ritratti kreattivi u ta’ kwalità għolja.
Din il-kompetizzjoni fotografika, li qed issir madwar l-Ewropa kollha, hi organizzata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol biex toħloq kuxjenza dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol. Il-missjoni tal-Aġenzija hi "li tagħmel il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa aktar siguri, b'inqas perikli għas-saħħa u aktar produttivi."



